"1,700 wrap għal Puttinu organizzata minn omm Adam li għandu 5 snin u għaddej bit-trattament tal-leukemia," kitbu Puttinu Cares fuq Facebook huma u jaqsmu xi ritratt ta' Adam u ommu.

Żiedu jgħidu, "Inkreddibli x’imħabba ta' nies, inkreddibli l-ġenerozità u l-qalb tajba. Grazzi tas-sapport u proset ta' din l-inizjattiva."

Omm Adam, minkejja li trid tieħu ħsieb lil binha, xorta ssib ħin biex bil-mod tagħha tgħin lil ħaddieħor. Prosit immens!


Bradley Cachia