Lil Matthew Sant Sultana rajnieh f'diversi produzzjonijiet, kemm dawk fil-qasam tad-drama, u issa anke bħala preżentatur. Matthew wera li hu personalità versatili immens, anke f'dak li hu ġeneru fid-drama. 

Drajna narawh f'dinja komika, bħal ngħidu aħna waqt Min Imissu? Tista' tgħid li l-fama tiegħu ħadet spinta 'l fuq bħala attur komiku, iżda fir-realtà xejn ma waqqfu milli jaħdem partijiet differenti fil-karriera tiegħu. "Okka

"Okkażjoni rari tiegħi imnikkem! Li naħdem karattru żagħżugħ fl-għoxrinijiet tiegħi, ma kinitx daqshekk faċli għalija biex nagħmel! Anke jekk bħala kummidjant illum il-ġurnata nħobb nara lin-nies jitbissmu. Kultant nieħu lili nnifsi f'dimensjonijiet differenti u nimbotta lili nnifsi f'kull limitu u nara kemm nista' mmur lil'hinn mill-kummiedja."

Matthew hawn qed jirreferi għall-parti li ħadem waqt is-sensiela Ħobbni Ftit li kienet intweriet fuq TVM. Kellu partijiet emozzjonali immens x'jaħdem, totalment l-oppost tal-karattri komiċi li nafuh bihom. Nistgħu ngħidu li bħala attur irnexxielu jaħdem diversi tipi ta' irwoli fid-drama, u ħareġ bl-unuri. Matthew hu grat lejn dawk kollha li għenuh jasal fejn jixtieq u joħroġ l-aqwa mit-talenti tiegħu!

Kif tista' ma tammirahx?!


Kyle Zarb