Skond professur xjenzat dwar l-imġieba, riċerka turi li nisa li qatt ma żżewwġu jew qatt ma kellhom it-tfal, huma fost l-aktar kuntenti u b’saħħithom. Dan qalu Paul Dolan, professor tax-xjenza dwar l-imġieba fi ħdan skola tal-ekonomija f’Londra.

Dolan jgħid illi bejn koppji eterosesswali miżżewġa (fi żwieġ bejn raġel u mara), il-mara għanda ħafna aktar x’titlef mir-raġel, u għalhekk jekk int raġel probabbilment għandek tiżżewweġ, u jekk int mara toqgħodx tinkwieta fuq dan!

Huma diversi nisa prominenti illi qed jieħdu deċiżjoni li jibqgħu single u bla tfal, u qed jużaw il-popolarita’ tagħhom biex jaqsmu l-istorja tagħhom u li ma fiha xejn ħażin, fosthom l-attriċi Emma Watson u l-filantropista Oprah Winfrey.

Partikolarment, il-preżentatriċi Chelsea Handler irrimarkat li mingħajr nisa single li ma ddejqux iħaddnu d-deċiżjoni tagħhom, ma kienx ikollna nisa ta’ suċċess bħar-reġina Eliżabetta l-ewwel, Florence Nightingale u Harper Lee, fost ħafna, inkluż hi stess!

Il-mudell ta’ ħajja li ħoloq il-bniedem, li malli tilħaq ċertu eta' trid tiżżewweġ u jrid ikollok it-tfal, mhuwiex mudell li huwa relevanti għal kulħadd, u kull wieħed u waħda minnha għandna nagħrblu x’inhu l-aħjar pass għalina nfusna.

Facebook / @oprahwinfrey

Facebook / @chelseahandler


Luke Borg