Wara l-avveniment sportiv li kellha Francesca Rausi, ommha Michelle xtaqet tesprimi kemm hi kburija biha u bid-determinazzjoni li kontinwament qed turi f'kulma tagħmel.

"Mument ieħor ta' kburija. Li narak fil-ġurnata tal-isport tieħu gost tiġri u taqbeż, jimlieli qalbi b'tant ferħ u fl-istess ħin niftakar fil-jiem meta tant inkwetajt li m'intix ser timxi jew ma kontx ser taqbeż. Irnexxielek champ! Ibqa' sod. Inħobbuk ħafna!" 

Xerrdet ritratti flimkien ma' Francesca, fejn għandha anke midalji tal-okkażjoni wara l-parteċipazzjoni tagħha. Brava Francesca! Ibqa' kun ta' ispirazzjoni għal ħafna!


Kyle Zarb