Id-diski pop żgur mhux forsi jagħmlu parti minn sensazzjoni internazzjonali li ħakmu d-dinja, u l-artisti Maltin ukoll jidhru intiżi ta’ dan il-ġeneru tal-mużika. Bħala parti mir-repertorju pop tal-gżejjer Maltin, Nicole Cassar għadha kif nediet diska ġdida, nieqsa xejn minn ħlewwa assoluta: Candy Lover.

Mibnija fuq estetika ta’ ħlewwa u kuluri pastelli, Candy Lover hija t-tieni single uffiċjali tal-kantanta żagħżugħa ta’ 19-il sena. Biex jakkumpanja din id-diska ġdida, Nicole ħarġet ukoll video liriku fuq is-sit YouTube, li jħeġġeġ lin-nies mhux biss jiżfnu mad-daqq tad-diska iżda saħansitra jkantaw magħha.

Nicole

Facebook / danielstudio

Filwaqt li l-komponiment u l-lirika t-tnejn kienu f’idejn Nicole, il-produzzjoni tad-diska saret minn Mr. Root u l-editjar u r-rekordjar min-naħa ta’ Matteo Depares. Barra minn hekk, Glen Vella kien dak li serva bħala l-vocal coach għall-kantanta emerġenti.

Facebook / danielstudio


Kurt Gabriel Meli