Il-kantant lokali Ivan Farrugia mill-grupp Bernie and Pod kellu esperjenza ħelwa meta mar iżur lill-anzjani, u ratu waħda mill-aqwa segwaċi li għandu. Nina, mara anzjana, li taf kull diska minn tagħhom, ħadet ferħa kbira hekk kif iltaqgħet mill-viċin ma' Ivan.

"Ix-xogħol tiegħi jinvolvi wkoll visti fi djar privati fejn il-persuna ma tkunx tista tattendi il klinika fejn naħdem. Ħafna minnhom huma anzjani bħal Nina min Birżebbuġia. L-ewwel ħaġa li qaltli x ħin dħalt: 'niżżel kemmxejn il maskra ħa nara wiċċek'. Jien għamilt dan bi tbissima u qaltli. 'Kollok kemm int... Kemm iferħuni diski tagħkom... Kemm niggustak toqmos u tiċċaqlaq...'"

"Nina segwaci sew ta Bernie and Pod  u għalkemm għanda 90 sena tiftakar diski taghna waħda waħda u spjegatomli kważi kollha ". Ivan jgħid li xtaq jieħu ritratt magħha u hi kienet pronta aċċettat! Hi xi ħaġa sabiħa meta artist jirnexxielu jlissen tbissima fuq dak li jkun, speċjalment dawk l-anzjani li tant għandhom bżonn ta' kumpanija ġenwina!

fd

Facebook/ Ivan Farrugia


Kyle Zarb