Big Brother Malta, programm li tista' tgħid li spiċċa fuq fomm kulħadd, fejn il-parteċipanti tista' tgħid saru personalitajiet mil-lum għal għada. In-numri tal-finali kienu numri impressjonanti tassew.
It-tim tal-produzzjoni jiktbu, "Daħlu n-numru. Nhar il-Ħadd li għadda, Big Brother Malta kien (probabbilment) l-aktar programm li qatt kien segwit f'Malta. Il-programm laħaq udjenza aggregata ta’ 287,253 fuq it-TV u 19,232 fuq il-pjattaforma ta' TVMi. Dan jagħmel total ta’ 306,405 telespettatur! Sors: Data tal-PBS kif mogħtija minn Melita."
Dan ikompli jikkonferma s-suċċess li kellu Big Brother Malta f'pajjiżna.