L-attur Aiken Buhagiar għadu kif tefa' fuq il-profil tiegħu messaġġ mill-isbaħ lil zijuh, li huwa attur ukoll, Kurt Magri fej nawguralu għall-esperjenzi ġodda li għandu ġejjin 'il quddiem. Aiken jibda billi jirringrazzjah ta' kemm kien hemm għalih biex jgħallmu u jigwidah f'dak li għamel.

Ikompli billi jgħidlu li l-fatt li ser ikun 'l bogħod minnu b'dak li se jkun qed jagħmel, xorta ser iżommu l-kuntatt u ħa jkunu fi ħsibijiet xulxin. 'Għalkemm naf li sejjer għal affarijiet pożittivi u esperjenzi ġodda, nammetti li nħossni ftit vojt mingħajrek ma tkunx preżenti imma ċert li bit-teknoloġija ħa tkun miegħi 24-il siegħa kuljum bħal dejjem."

Aiken tefa' anke ritratt sabiħ tagħhom it-tnejn u spiċċa billi qallu, "Nawguralek kull suċċess. Inħobbok bla qies Ziju Kurt Magri". Aħna ningħaqdu ma' Aiken u nawguraw lil Kurt suċċessi kbar f'dak li se jkun qed jagħmel!


Kyle Zarb