L-attur, produttur u kantant lokali Hermann Bonaci qasam ritratt tal-kantant internazzjonali Cher flimkien ma' ommha ta' 95 sena u oħtha ta' 69 sena. B'ċajta Hermann qal, "naħseb li dawn għamlu patt max-xitan biex baqgħu jidhru hekk."

Dan għaliex Cher li għandha 75, flimkien ma' oħtha u ommha jidhru ferm ferm iżgħar mill-età li għandhom. Illum il-ġurnata jeżistu diversi metodi biex wieħed jibqa' jidher żgħir iżda hi tassew impressjonanti li dawn it-tlieta baqgħu jidhru tassew tajjeb.

X'taħsbu intom?

Facebook / Hermann Bonaci


Emil Calleja Bayliss