"Jiena Carmen Gauci minn Ħad-Dingli. Fil-Ġimgha l-Kbira ħa nkun qed ngħin lil Puttinu waqt il-maratona fuq it-TV." Hekk bdiet il-messaġġ tagħha fuq il-paġna ta' Facebook ta' Puttinu Cares.

Kompliet, "Għalkemm bħalissa għaddejja minn trattament nixtieq ngħaddi dan il-messaġġ lil kull min hu għaddej minn dan il-mewġ qawwi. Imma ngħidilkom biex ma taqtgħux qalbkom u taċċettaw is-sitwazzjoni. Naf li mhux faċli. Imma importanti li taċċettawha."

Żiedet tgħid, "F'Jannar tajt ukoll donazzjoni lil Puttinu ħalli ngħin lil ħaddieħor. Għalhekk nitlobkom biex tingħaqdu miegħi waqt il-maratona ta' Puttinu f’jum il-Ġimgha l-Kbira. Flimkien naslu. Grazzi."


Bradley Cachia