Shredded Wheat Breakfast Bars

  • Ħin Ta’ Preparazzjoni: 20 Minuta
  • Ħin Tat-Tisjir: 0 Minuti
  • Ħin Tkessħu: 60 Minuta
  • Livell: Faċli
  • Porzjon: 8

Ingredjenti:

  • 2 Shredded Wheat Original Biscuit (45g) – Imfarrkin
  • 20g Porridge Oats
  • 25g Ġellewż u Lewż
  • 75g Żbib
  • 150g Berquq Imnixxef
  • 3 Kuċċarini Żerriegħa Tal-Ġirasol
  • 4 Kuċċarini Meraq Tat-Tuffieħ u L-Larinġ

Metodu:

  • Aħmi l-ishredded wheat u l-porridge oats f’taġen kbir fuq temperatura medja baxxar u saħħan sakemm ikollu kulur id-deheb u jkun iqarmeċ. Ħallih jiksaħ.
  • Aħmi l-ġewż fuq sħana medja baxxa għal żewġ minuti imbagħad żied iż-żerriegħa tal-ġirasol u sajjar għal żewġ minuti oħra sakemm jieħdu kulur id-deheb. Ħallihom jibierdu.
  • Poġġi l-berquq, l-iżbib u l-meraq ġo proċessur tal-ikel u ħawwad sakemm jiġu kollha pure. Ixħet kollox ġo skutella, żied miegħu s-shredded wheats u l-porridge oats gol-proċessur tal-ikel u ħawwad waqt li żżid il-pure. Fl-aħħar nett qatta’ l-lewż u ħawwad.
  • Aqbad trej li taħmi fih kwadru ta’ madwar 18-il ċentrimentru u ferrex it-taħlita f’saff indaqs ta’ madwar 1.5ċm. Kessaħ għal siegħa sakemm tkun soda imbagħad aqta’ kollox ġo forma ta’ bars.

Instagram / sunnychichome


Emil Calleja Bayliss