Il-kantana Miriana Conte jidher li għandha imħabba ġdida fil-ħajja tagħha u ċertament li qed tgħożż kull mument, mumenti ħelwin ta' ferħ li għandhom idumu snin twal! Ftit tal-ġimgħat ilu daħal f'ħajjitha, Max. Max hu kelb li Miriana adottat riċenti!

View this post on Instagram

A post shared by Miriana Conte (@mirianaconte) on

Kelb li l-ħarsa tiegħu ddewwiblek qalbek! Hi adottat dan il-kelb wara li ġie mormi! F'post li xeħtet fuq il-midja soċjali tagħha kitbet appell sabiex wieħed jadotta milli jixtri l-annimali tiegħu! "Imqareb, imma inhobbok wisq..." tistqarr Miriana dwar Max.

View this post on Instagram

A post shared by Miriana Conte (@mirianaconte) on

Kif tistgħu taraw, jidher li hemm sinerġija verament ħelwa bejn Miriana, Max u Sarah, l-partner ta' Miriana. Meta tħobbhom il-kliem ħa joffru lura imħabba speċjali li persuna li tħobb l-annimali biss tista' tifhem!


Emil Calleja Bayliss