F'ritratt li tellgħu fuq FacebookPuttinu Cares irringrazzjaw familja li l-Milied tagħhom iċċelebrawh b'mod daqsxejn differenti minn ħafna familji oħra.

Il-membri ta' din il-familja flok taw ir-rigali lil xulxin, ġabru somma flus tajba biex jagħtuha donazzjoni lil Puttinu Cares. Permezz ta' din l-inizjattiva, irnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta' €900.

Puttinu Cares irringrazzjaw lil din il-familja għal dak li sejħu "ġest nobbli" u awgurawlhom. 

Xi kultant, speċjalment fi żminijiet bħal mhu l-Milied, għandna ħabta ninsew li hemm min qiegħed għaddej minn tbatijiet kbar. Għaldaqstant, inizjattivi bħal dawn kapaċi jagħmlu ħafna ġid fis-soċjetà. Wara kollox, dak il-par kalzetti li qlajt jew dak il-ġugarell li tajt lin-neputijiet it-tnejn tifilħu toqgħodu mingħajrhom. Iżda t-tbatija u l-mard qatt ma jieħdu brejk.


Bradley Cachia