Illum jiċċelebra għeluq sninu x-xandar lokali Twanny Scerri li s-semmiegħa ta' Calypso ikollhom iċ-ċans li jgawdu l-vuċi tiegħu fuq dan l-istazzjon. Twanny hu magħruf sew għal kemm għandu għal qalbu l-mużika lokali speċjalment dik bil-lingwa Maltija.

F'dan il-jum għażiż għalih hu kiteb messaġġ ħelu fejn ftakar ukoll f'ħaddieħor. Hu qal, "L-għodwa t-tajba! 66 sena illum jien u grazzi fuq kollox u fuq kulħadd lill-Mulej! Min jaf kemm hawn nies li jiċċelebraw għeluq sninhom illum u ma jawguralhom ħadd! Dawn nawguralhom jien waqt Bonġu Calypso fuq Calypso Radio!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Twanny l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż u nittamaw li jkompli jferraħ lis-semmiegħa b'tant u tant mużika mill-isbaħ!

Facebook / Twanny Scerri


Emil Calleja Bayliss