Bħalissa jidher li d-diskussjoni dwar il-vaċċin tal-Covid-19 ser tibqa’ għaddejja. Ħafna għandhom opinjonijiet differenti dwar il-vaċċin. Mhux dwar jekk għandhomx jitlaqqmu biss imma anke dwar min għandu jkollu prijorita li jitlaqqam qabel u min le.

Pauline Spiteri Bugeja qassmet l-opinjoni tagħha dwar dan. Hija qalet li f’daqqa waħda kulħadd irid jieħu l-vaċċin malajr kemm jista jkun. Tkellmet ukoll dwar dawk li huma frontliners, u li huwa suġġettiv l-argument dwar min għandu jkun frontliner jew le. L-argument ta’ Pauline kien li kulħadd ikollu kuntatt man-nies, anke dawk li jaħdmu fil-‘catering’ għax dawn jiltaqgħu ma’ ħafna nies ukoll.

Pauline qalet li l-aħjar ikun kieku bdew jitlaqqmu ż-żagħzagħ u jibqgħu tilgħajn fl-etajiet. Taqbel ma’ din l-opinjoni?

Facebook / Pauline Spiteri Bugeja 


Henzley  Bezzina