Kos hux, mhux kulħadd kapaċi jaħfer u kif?! Il-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni jibqa' magħruf għall-qdusija li kellu f'ħajtu. Kien Papa maħbub u għadu fuq fomm kulħadd sal-lum il-ġurnata. Kien f'Mejju tal-1981 meta Mehmet Ali Agca spara lil dan il-Papa bil-konsegwenza li laqtu u nqalgħet kommossjoni kbira fil-pjazza tal-Vatikan.

Iżda dan il-Papa għamel ġest li baqa' jissemma; ħafirlu. Fis-27 ta' Diċembru tal-1983 il-Papa Ġwanni Pawlu mar iżuru fil-ħabs u izjed minn hekk, talab lill-President Taljan ta' dak iż-żmien Carlo Azeglio Ciampi biex itieh il-maħfra fejn imbagħad ġie ddeportat lura pajjiżu fit-Turkija fis-sena 2000.

Ritratt: Instagram/ saint_johnpaul_ii

Jidher li Ali Agca kellu kuntatt mal-Bulgaru Yuri Andropov li kien jara lil dan il-Papa bħala theddida għall-Unjoni Sovjetika minħabba li daħħluha f'moħħhom li dan il-Papa qed jimxi fuq il-passi Amerikani anke kif jaġixxi mal-folol tan-nies billi jbus it-tfal, jieħu b'idejn kulħadd u kkritikawh li kien qisu president f'kampanja.

Kellu bżonn fil-ħajja tagħna nitgħallmu naħfru anke sempliċiment mumenti żgħar li ġieli nżommu ġo qalbna biex inkunu qed nimxu mal-prinċipji tagħna personali.

Ritratt: Instagram/ saint_johnpaul_ii


Clifford Galea