Il-paġna lokali Mid-Djarju Tat-Timba bassret li għandna nistennew ix-xita għal xi nofsinhar. Huma kitbu, "Ftit aġġornament fis-sitwazjoni tat-temp dalgħodu. Bħalissa waqt li qiegħed nikteb għaddej ajru fuq il-gżejjer Maltin u ma neskludix li Għawdex ikollhom xi ftit xita matul dalgħodu."
Huma jżidu, "Matul il-jum min ħin għall-ieħor hemm ċans li jkollna xi sħab tax-xita speċjalment għall-ħabta ta' nofsinhar fejn sħab dieħel mill-Punent jilħaqna sew. Se jibqa' hemm sa tard filgħaxija fejn jiċċara s'għada."
Il-paġna żżid tgħid, "Riħ ser iżid mix-Xlokk sa Forza 5/6. Ir-riħ ikompli jżid u jdur lejn il- Grigal għal Grig it-Tramuntana min moderat għal qawwi ħafna. Kaċċaturi moħħkom hemm għax temp gamiema ser ikun għal tal-bikri!"