Illum jiċċelebra għeluq snin it-tifel tal-preżentatriċi lokali Clare Agius, f'dan il-jum Clare taqsam diversi ritratti ta' binha Luke tul is-snin.

Hi tikteb, "13-il sena mberkin bik, ibni Luke – id-dawl ta’ ħajti! Grazzi Mulej talli tajtna dan ir-rigal sabiħ, u nitolbok tkompli tmexxih biex ikun l-aqwa verżjoni ta’ tiegħu nnifsu, fl-imħabba, fil-ġentilezza u fir-rispett, qabel kollox… u mbagħad, bla dubju, fix-xewqa u l-passjoni tiegħu biex jirnexxi! Nawguralek għeluq sninek ferħan!"

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu wkoll sena mimlija saħħa, avventuri u kuntentizza. Awguri Luke!

Instagram / Clare Agius


Emil Calleja Bayliss