Marvic, magħruf minn ħafna bħala wieħed mill-uċuħ ewlenin ta’ Big Brother Malta u Come Dine With Me Malta, għażel kliem ta’ mħabba u gratitudni biex ifakkar għeluq snin l-aqwa ħabib tiegħu, Davide.

Fil-messaġġ tiegħu, Marvic stqarr li matul is-snin, permezz ta’ mumenti sbieħ u oħrajn aktar diffiċli, l-imħabba u l-fiduċja bejn it-tnejn baqgħu sodi. Qal li, anke meta kienu tfal, Davide kien dejjem hemm biex isalvah, u anke llum, bħala adulti li għadhom jitgħallmu u jikbru, il-ħbiberija tagħhom baqgħet soda.

"Ħabib ġeneruż u ġentili," hekk sejjaħlu Marvic, filwaqt li awguralu li jirċievi l-istess tip ta’ mħabba li dejjem ta lill-oħrajn permezz ta’ ħajtu u l-esperjenzi tiegħu. Kliem li ma jħallikx indifferenti, u li juri kemm relazzjoni ta’ ħbiberija vera tista’ ddum u sservi ta’ għajnuna f’kull stadju tal-ħajja.

Dan il-messaġġ ma kienx biss awguri ta’ għeluq snin iżda tista' tgħid li kien tifkira ta’ kemm ir-rabta bejn żewġ persuni tista’ tkun b’saħħitha u sinifikanti. Marvic għażel li jgħidha kif inhi, li f’ħabib bħal Davide, sab xi ħadd li tassew jista’ jistrieħ fuqu.


Emil Calleja Bayliss