Martina Galea Loffreda, bint Joseph Galea u Antonella Galea Loffeda qiegħda tieħu sehem f’kompetizzjoni tat-Teatru Mużikali li ilha għaddejja mal-għaxar ġimgħat.

Hi kienet l-ewwel Maltija li daħlet fil-fażi ta’ din il-kompetizzjoni minn 500 audition, kif ukoll hija l-iżgħar kompetittriċi li waslet s’hawn din is-sena.

loffreda

Issa Martina għandha ċans tasal għall-fażi finali bil-vot tagħna. Biex tivvutaw tridu tingħaqdu f’DAN il-grupp fuq Facebook u tmorru HAWN sabiex tivvutaw lil Martina sabiex narawha fil-finali.

Aħna ta’ Gwida.mt minn qalbna nawguraw lil Martina kull success.

Facebook / Martina Galea Loffreda


Henzley  Bezzina