L-aktar film mistenni ta’ din is-sena huwa Deadpool & Wolverine u t-trailer, li ħareġ ftit tal-jiem ilu ġabar flimkien tliet ġganti tal-kultura popolari: Wolverine, Deadpool u Madonna.

Il-kanzunetta ta’ Madonna ‘Like A Prayer’ intużat għat-trailer kollu, li jista’ jfisser li l-kanzunetta se tintuża fil-film wara li anke l-attur Ryan Reynolds, li jagħmel il-parti ta’ Deadpool, qasam il-kanzunetta fuq il-midja soċjali tiegħu. Huwa komuni li kanzunetti tat-trailers tal-films Marvel jintużaw fil-film innifsu bħall-kanzunetta ta’ Fleetwood Mac ‘The Chain’ li kienet kemm fit-trailer kif ukoll fil-film ta’ Guardians of The Galaxy: Volume 2.

Like A Prayer, waħda mill-aktar kanzunetti ta’ suċċess ta’ kull żmien, reġgħet laħqet iċ-charts wara li ħareġ it-trailer.

Xi nies qed jispekulaw ukoll li se jkun hemm diversi referenzi għal Madonna fil-film u forsi xi tip ta’ cameo.


Bernard Xuereb