Żgur li Mro. Ryan Paul Abela, it-tifel tal-Mro. Paul Abela u Georgina Abela, miexi fil-passi ta' missieru. Il-mużika kienet f'ħajtu minn qabel ma twieled u baqa' jistinka u jaħdem biex jasal fejn wasal illum il-ġurnata.

Huwa d-direttur mużikali tal-musical li qed jittella' fit-Teatru Manoel, Cabaret. Musical li kien għamel missieru wkoll 21 sena ilu. Ryan jaqsam iż-żewġ programmi ta' dan il-musical u jikteb, "Hawn 2 programmi 21 sena 'l bogħod minn xulxin! Surreali, kburi, onorat u privileġġat huma kollha kliem li nixtieq nuża biex niddeskrivi kif qed inħoss bħalissa."

Hu jkompliu, "Meta seħħ l-aħħar dan il-musical, kelli 12-il sena, meta missieri flimkien ma’ Anthony Bezzina idderieġew dan il-musical fit-Teatru Manoel lura fl-2003. Li nara dan il-musical ta’ tifel fit-tarf tal-bokka tal-orkestra ħdejn kulħadd kienet esperjenza lil hinn mill-kliem, u issa li naf li qiegħed fl-istess post li għamel missieri 21 sena ilu huwa sens indeskrivibbli ta' dan l-unur."

Hu jtemm, "Ejja ara Cabaret il-musical. Storja unika. B'kast mill-aqwa (li jien kburi ħafna bihom) li jwettaq meravilji fuq il-palk u orkestra li takkumpanja 17-il silta. Il-lejl tal-ftuħ għada! Biljetti qed jinbigħu malajr!"


Emil Calleja Bayliss