Kunu lesti biex tapprezzaw is-sħana, hekk kif it-temperaturi se jiżdiedu mill-ġimgħa d-dieħla fuq il-Gżejjer Maltin! Donnu ħa jibda jippreparana biex jagħtina togħma tas-sajf. Fil-fatt, skont Maltese Islands Weather, l-Erbgħa 15 ta’ Mejju huwa antiċipat li t-temperatura tinħass 30 grad.

Matul il-ġimgħa, it-temperatura ħa tkun qed tiżdied b'mod kostanti, bl-inqas temperatura massima tkun madwar 24 grad. Anke wara nżul ix-xemx, it-temperaturi fil-gżejjer Maltin mistennija li jibqgħu sħan, b’livelli li billejl jonqsu għal medja ta’ 17-il grad. L-Erbgħa bil-lejl, b’mod partikolari, se joffri ftit serħan mis-sħana, b’temperaturi jkunu madwar 20 grad.

Huwa t-tbassir perfett għal attivitajiet fuq barra, ħarġiet fuq il-bajjiet, jew pranzu għal frisk hekk kif Malta tħaddan il-bidu ta' ġranet sħan. Tinsiex tippakkja ftit protezzjoni għax-xemx u tilbes dawk l-ilwien friski, għax il-ġimgħa d-dieħla twiegħed li se tkun waħda xemxija!

Qed tistenna bil-ħerqa temp sħun?


Emil Calleja Bayliss