Minn meta ħareġ is-serje ta' Netflix Baby Reindeer tħalla impatt kbir fuq l-għarfien u l-appoġġ għal irġiel li esperjenzaw abbuż jew vjolenza sesswali.

Fis-serje stajna nifhmu l-esperjenza tal-Komiku Ingliż, Richard Gadd, li jirrakkonta l-istorja diffiċli tiegħu ta’ meta kien qed jiġi segwit b'mod esaġerat minn mara li saret ossessjonat bih.

Dan ġara waqt li kien qed jissielet biex jegħleb trawma minn vjolenza sesswali li kien għadda minnha sena qabel. Skont l-organizzazzjoni We are Survivors, kien hemm żieda ta’ 53% ta' referenzi għas-serje, li enfasizzat l-influwenza qawwija tagħha fuq it-telespettaturi.

We Are Survivors għandu l-għan li jkunu ta' appoġġ għal persuni maskili (inklużi individwi trans u non-binary) li salvaw wara xi abbuż sesswali, stupru jew fastidju sesswali. 

Innotaw żieda ta’ 80% ta' rġiel li jċemplu għall-ewwel darba u żieda ta’ 40% fir-referenzi dwar dawn il-każijiet minn adulti żgħażagħ ta’ bejn is-26 u l-35 sena. Din l-istatistika tenfasizza l-irwol tas-serje biex tħeġġeġ lill-irġiel biex ifittxu l-għajnuna u jiddiskutu l-esperjenzi tagħhom.

Iż-żieda fir-riferimenti u l-inkjesti ta’ appoġġ turi l-irwol essenzjali li l-midja jista’ jkollha fl-indirizzar u d-destigmatizzazzjoni tal-attakk sesswali fuq persuni maskili.


Kyle Zarb