Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Glen Ciantar qasam idea li ta’ min jaħseb ftit fuqha. Naturalment isiru ħafna xogħlijiet fit-toroq Maltin fejn sakemm ikun lest ix-xogħol jintuża bosta apparat li x-xogħol ma jistax isir mingħajru. Fosthom hawn il-barriers li huma bżonnjużi iżda ma tantx jagħmlu dehra sabiħa fit-triq.

Hu qal, “La qed nimlew it-toroq b’barriers tal-konkos, ma taħsbux li jkunu isbaħ li kieku jkollna barriers li nkabru l-fjuri fihom?”

Bosta nies fil-kummenti qalu li din tkun idea tajba, iżda oħrajn qalu li ma tirnexxix.

X’taħsbu intom?

Facebook/Glen Ciantar


Charlton Cefai