Il-familja ta' Luke Dalli għadha kemm iċċelebrat il-Magħmudija taċ-ċkejken Ben! Jum li hu tassew importanti u speċjali għal kull ġenitur, li jibqa' memorja kbira għal tul ħajjithom kollha. 

Apparti l-memorji hemm ukoll ir-rigali li taqla' t-tarbija li jkunu qed jiċċelebraw għaliha. Ben fil-fatt irċieva rigal partikolari, li hu anke għal qalb Luke. Hu tefa' ritratt tiegħu fuq il-midja soċjali u xtaq juri l-apprezzament tiegħu.

"Fost ir-rigali sbieħ li rċevejna għall-Magħmudija ta’ Ben, dan assolutament seraqli qalbi. Grazzi kbira lil wieħed mill-aqwa ċeramisti f’Malta, li ninsab kburi ħafna li nsejjaħlu ziju." Din l-istatwa mill-isbaħ, li turi fil-fatt xbieha ta' familja, hi r-rigal mingħand iz-ziju ta' Luke, u ħa ħsieb jirringrazzjah tal-ħsieb. 

Prosit liz-ziju ta' Luke ta' din il-biċċa xogħol u nixtiequ nawguraw l-isbaħ xewqat lil Ben u lill-familja kollha!


Kyle Zarb