It-tim ta' Liquorish ta sfida lill-parteċipanti fejn riedu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom permezz ta' hitchhiking. Huma kienu jinsabu madwar sagħtejn u nofs 'il bogħod, setgħu jagħmlu mhux aktar minn nofs siegħa ma' kull sewwieq u riedu li jaslu f'din id-destinazzjoni b'tiġieġa ħajja.

It-timijiet bdew jipprovaw jixtru tiġieġa iżda ma rnexxilhomx mill-ewwel. Ovvjament din kienet sfida kemxejn diffiċli għall-parteċipanti. Tajjeb li ngħidu li l-parteċipanti kienu maqsuma f'żewġ gruppi u t-tim li jitlef ikollu jaffaċċja l-elimazzjoni. Tul il-programm fuq il-mezzi soċjali nqalgħet ftit ta' kritika minħabba li dawn kienu qed iġorru tiġieġa ħajja ġo basket.

Kien hemm min qal li din hija moħqrija tal-annimali. X'taħsbu minn din l-isfida?


Emil Calleja Bayliss