Nhar il-Ħadd li għadda skoprejna min rebaħ l-ewwel staġun tas-sensiela MasterChef Malta. Kien finali eċitanti immens u żgur li aktar minn qatt qabel inħassu t-tensjoni u l-istress. 

Nicolas, ir-rebbieħ tal-ewwel staġun, tkellem fuq TVAM mal-preżentatriċi Dorianne Mamo, fejn tkellem fost l-oħrajn dwar kif inbidlet il-ħajja wara l-parteċipazzjoni tiegħu u issa r-rebħa waqt MasterChef. 

"L-ewwel ftit minuti ġieli jidħlu l-pazjenti u jgħiduli, 'allura x'ser issajjrilna?'," jgħid Nicolas. Japprezza ħafna l-interess li juru u kemm jifirħulu għall-wirja tiegħu waqt il-programm. Hu stea' jinduna kemm qed isegwuh in-nies mill-kummenti li rċieva.

Jgħid li l-familjari tiegħu huma mdorrijin jarawh isajjar, u jsemmi l-appoġġ li dejjem jirċievi minn sħabu u mill-kollegi. Nicolas semma kif il-mod kif jaġixxi f'sitwazzjonijiet li jaffaċċja bħala dentist, seta' japplikahom waqt il-programm, meta kien isib ruħu taħt stress kbir.

Prosit mill-ġdid Nicolas! Segwi aktar hawn taħt:

Facebook/ Nicolas Bezzina


Kyle Zarb