Waqt Bundytime kienet mistiedna kantanta lokali li rajna waqt żewġ edizzjonijiet ta' X Factor Malta, Chantal Michelle. Chantal irrakkuntat mument imbarazzanti li ġralha waqt li kienet iċ-ċinema... possibilment mument li hawn min għadda minnu jew kien kważi se jgħaddi minnu!

Chantal tgħid kif darba waħda hi u l-għarus tagħha ddeċidew li jmorru jaraw film, u bi żball tfixklet in-naħa fejn kellha d-drink tagħha, u xorbot tar-raġel li kien bilqiegħda ħdejha. Bla dubju kienet kisra għaliha u minnufih qalet lill-għarus dwar dak li ġara.

Ftit wara ddeċidiet li tgħid lir-raġel x'ġara u ma ġarax, iżda qalilha ma toqgħodx tinkwieta. Araw daqsxejn dak li rrakkuntat Chantal hawn taħt. Ġieli ġratilkom din?


Kyle Zarb