Waqt il-programm Illum ma' Steph kienu mistednin Fabian Scerri De Carlo, Fabrizio Faniello u Maria Formosa, mart Bjorn. Fabrizio tkellem dwar l-unur li wara 25 sena l-kanzunetta Sal-Aħħar Nifs qed tagħti appoġġ lil Bjorn u lil DAR Bjorn.

L-attur Fabian Scerri De Carlo tkellem dwar l-irwol li ħadem ta' Bjorn fil-filmat li ġie mniedi fi tmiem il-ġimgħa. Hu kien qed jitkellem f'isem Bjorn, bi skript miktub minn Anthony Baldacchino. "Ara kemm għamilt affarijiet fil-karriera. Din l-iktar waħda iebsa u ta' sfida li qatt kelli." 

Maria titkellem ukoll dwar il-perfezzjoni ta' Fabian kif interpreta lil Bjorn. Hi taf eżatt dak kollu li għaddew minnu, għadhom jgħaddu minnu u kapaċi jgħaddu minnu fil-futur. Segwu l-intervista tagħhom ma' Stephanie Spiteri hawn taħt:


Kyle Zarb