L-episodju tal-bieraħ ta' Liqourish kien wieħed mimli emozzjonijiet u anke dispjaċir, wara li l-parteċipanti kellhom itellgħu żewġ ismijiet ta' min kien ser joħroġ mill-avventura. Għal xi żmien kienu qed jaħsbu li peress li All Stars, mhux se jkun hemm eliminazzjoni.

Kienet diffiċli għal kollha kemm huma li jtellgħu l-ismijiet u jgħiduhom, u fl-aħħar mill-aħħar jidher li Chris u Moira kienu l-imsejħa 'eliminati.' It-tim ta' Liqourish iddeċieda li jiċċara xi ħaġa li l-parteċipanti ma kinux jafuha. M'hemm ebda eliminazzjoni!

"Aqtgħu xiex? Moira u Chris qegħdin hawn biex jibqgħu. L-istilel tagħna ta' Liquorish All Stars se jirritornaw għal aktar avventuri eċitanti aktar tard, iżda shh, ma ngħidux lill-parteċipanti l-oħra!
Intom eċitati? Għidulna x'taħsbu!"

Tgħid kif ħa tkompli l-avventura wara lbieraħ?! Tista' terġa' ssegwi HAWN


Kyle Zarb