Pamela xeħtet status mill-isbaħ ta' kliem mill-aqwa għall-għażiża ommha! Ir-raġuni għala kieku llum festa pubblika hija minħabba li omm Pamela tagħlaq sninha. Pamela ħallitilha erba' kelmiet li żgur missew qalb dak li jkun - l-imħabba lejn ommha esprimietha fi kliem għażiż.

Hi kitbet, "Li kieku kont il-President, illum kont nagħmilha Festa Pubblika - bħal-lum twieldet l-istilla tal-familja tagħna, il-Mammina u llum jistħoqqlok li d-dinja tkun taf x'mara unika int, bi mħabba li qatt ma rajt bħalha, fejn uliedha u żewġha dejjem ġew qabel kollox; mara twajba ma' kulħadd, mara ta' ħafna kuraġġ ma' min fil-bżonn u ta' ftit kliem imma il-ftit kliem ikun ifisser ħafna..."

Pamela tkompli tiddeskrivi lil ommha, "mara li dejjem għallmitna t-tajjeb mill-ħażin bid-dixxipplina li kien hemm bżonn u li tant tgħallimna minnha; mara b'paċenzja liema bħalha li b'ħafna sagrifiċċju rabbietna fuq ir-rubini bla qatt naqasna xejn - Mara fuq in-nisa; mara li jien tant u tant kburija biha, u wisq iktar għax nista' ngħajtilha Ma!"

Pamela tagħlaq billi tgħidilha, Awguri sabiħa tagħna - Nixtieqlek dak kollu li tixtieq qalbek illum u dejjem; nixtieqlek barkiet mis-sema mill-Mulej li tant u tant tħobb, ħafna saħħa u paċi f'qalbek - ftit oħra Pawl u nkunu nistgħu niltaqgħu għażiża tagħna; nixtieq ngħannqek u nrossok miegħi illum iktar minn dejjem, imma le, għalissa le, bil-paċenzja jasal dak il-jum ukoll!"

L-aħħar kliem ikunu, "Inħobbok b'imħabba bla qies Mammina u grazzi ta' kulma int għalina." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat.

Facebook / Pamela Bezzina


Emil Calleja Bayliss