Illum ġew imħabbra s-16-il kanzunetta finalista għat-48 edizzjoni tal-festival tal-kanzunetta Maltija L-Għanja tal-Poplu. Is-semifinali tal-festival saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew 120 kanzunetta li minnhom intgħażlu 41. Il-kanzunetti semifinalisti nstemgħu kantati live quddiem ħames membri tal-ġurija. Dan ir-riżultat ġie ivverifikat minn nutar.

Dawn huma l-kanzunetti finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 li se jittella’ fit-3 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Il-Kanzunetti Finalisti GħTP 2024 (f’ordni alfabetika)

Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur/Kantawtur)

Bil-Jekk u Bil-Jewilla Thea Gauci (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
Daqqa ta’ Pinna Cherylis Camilleri (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
Dik L-Id Jasmine Farrugia (Paul Ellul, Aldo Spiteri/ Bradley Spiteri/ Liam Spiteri)
Fissidni Dario Bezzina (Kantawtur)
Għażiża – Laura Bruno (Mark Spiteri Lucas)
Il-Poeta ta’ Ftit Kliem – Mark Tonna (Etienne Micallef, Dominic Cini)
Inkiss Inkiss – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
Jien Min Jien – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella)
Jiena Missier – Dominic Cini (Etienne Micallef, Philip Vella)
Kanna Kanun – JAMM Band (Mark Cachia)
Munita B’Żewġ Uċuh – Kayley Cuschieri (Paul Ellul, Mark Scicluna)
Nafu Nħobbu Wkoll Anna Azzopardi (Joe Julian Farrugia, Mark Spiteri Lucas)
Namra – Florence Aquilina (Kantawtur)
Qsamt it-Triq – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant)
Straight – Lon Kirkop (Kantawtur)
Tgħanniqa – Leontine (Etienne Micallef, Dominic Cini)

Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. It-tim tal-festival spjega li l-parteċipanti se jirċievu l-marki u l-kummenti tal-ġurija wara li jgħaddi l-festival.


Marija Bellia