Mhux kulħadd l-istess, imma ħafna huma tal-fehma li l-abjad għandu jkun riservat għall-għarusa biss.

Il-mudella Awstraljana Isabelle Mathers rċeviet kritika qawwija mis-segwaċi tagħha wara li qasmet ritratti mit-tieġ tal-ikbar ħabiba tagħha fejn hi, bħala mistiedna, ukoll libset libsa bajda u trasparenti (see through). Ħafna qalu li libsa hekk ma kinitx xierqa u li libsitha biex tiġbed l-attenzjoni fuqha.  

Però, Isabelle ċċarat li libsa kienet għall-ikla ta’ qabel, mhux għaċ-ċerimonja nnifisha u li l-għarusa, li hija l-ikbar ħabiba tagħha, kienet taf x’se tilbes u approvathielha hi stess il-libsa.  

Intom taħsbu li huwa xieraq li jintlibes l-abjad mill-mistednin?

Instagram / @isabellemathersx


Marija Bellia