Illum jaħbat l-20 sena anniversarju mill-episodju finali ta’ Friends, wieħed mill-iktar sitcoms maħbubin sal-lum il-ġurnata.

Dan l-episodju jtemm il-ġrajjiet mill-isbaħ li għaddew minnhom tul l-għaxar staġuni is-sitt iħbieb Monica, Ross, Rachel, Phoebe, Chandler u Joey.  

View this post on Instagram

A post shared by Friends (@friends)

Din hija l-ewwel darba li l-kast ta’ Friends se jkun qed jiċċelebra anniversarju speċjali mingħajr il-preżenza tal-attur Matthew Perry li rebaħ il-qlub ta’ ħafna bil-karattru ta’ Chandler Bing. Il-membri tal-kast illum il-ġurnata jappoġġjaw bis-sħiħ il-Fondazzjoni Matthew Perry li hija ddedikata biex tgħin lil dawk li għandhom il-vizzji.

Issegwuh Friends? Jew tafu lil min isegwih?  


Marija Bellia