Il-paġna Eurovision Fans Malta #EFM għadha kemm ippubblikat tliet dehriet differenti tal-preżentatriċi tal-lejla Laura Pausini. Fil-fatt Laura ser tkun liebsa xogħol ta' Alberta Ferretti minn Haute Couture.

Nhar it-Tlieta lil Pausini rajnieha b'dehriet roża, li kienu xogħol ta' Maison Valentino. Tista' tgħid li kien hemm ħafna li stennew ilbiesi aħjar, għalkemm skontkom il-qarrejja tagħna nistgħu ngħidu li kien hemm waħda favorita magħkom.

Bosta fuq il-midja soċjali kkummentaw fuq id-dehriet tal-lum, fejn qalu li hekk ħafna aħjar għall-fatt li hemm varjetà, kemm fl-istil kif ukoll fil-kulur. Il-biċċa li kienu kollha roża nhar it-Tlieta, ma ntlaqtitx.

X'taħsbu minn dawn l-ilbiesi li ser naraw lil Laura bihom illejla?


Kyle Zarb