Jekk tmur sal-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli għall-ħarġa tal-Ħadd wara nofsinhar, probabbilment tgħaddi mit-telgħa tas-Saqqajja u l-funtana li hemm f’nofsha.

Fiż-żmien kienet biss nixxiegħa ta’ ilma naturali li l-Gran Mastru Alof de Wignacourt żviluppa f’akwadott biex ikun jista’ jwassal l-ilma sal-Belt Valletta.

Meta n-nixxiegħa saret f’funtana, l-idea inizzjali kienet sabiex toffri ilma għax-xorb għall-annimali tat-trasport bħall-ħmir u l-bagħal.

B’hekk dawk li kienu jazzardaw jaħslu l-ħwejjeġ tagħhom fil-funtana, kienu jħallsu multa qawwija li eventwalment kienet tmur għall-manutenzjoni tal-Imdina.


Luke Borg