Kif ħafna jafu bħalissa għaddej l-ispettaklu tal-Malta International Fireworks Festival, fejn bosta jattendu bi ħġarhom kull sena. Fuq il-paġna Aġġornament tat-temp ġew ippubblikati dettalji dwar is-sitwazzjoni tat-temp għall-jiem li ġejjin.

Rigward illum l-Erbgħa 24 ta' April 2024, intqal li, "Mistenni jkun għall-ewwel ftit imsaħħab li jsir imsaħħab sal-11:00, bix-xita bejn nofsinhar u s-18:00. Isir ftit imsaħħab sa tard bil-lejl. Riħ punent majjistru Forza 4  li jitla' Forza 5 filgħaxija."

Il-paġna xerrdet anke avviż importanti li l-ispettaklu tal-Fireworkd Festival tal-lejla ġie pospost għal għada l-Ħamis 25 ta' April 2024, mit-20:00 'l quddiem.

Facebook/ Malta International Fireworks Festival


Gwida.mt