Fil-messaġġ tiegħu fuq il-paġna ta' Facebook, Kevin Borg qasam fatt kurjuż mas-segwaċi tiegħu, grazzi għall-musical Il-Kbir Għadu Ġej, Kevin tilef 8 kilo. Hu jistqarr dan bid-daħk imma wieħed jista' jifhem li rwol bħal dan jirrekjedi ħafna u ħafna stamina. Kull min mar jara dan l-ispetakklu jaf, li l-parti ta' Kevin kienet waħda impenjattiva ferm.

Ritratt: Viktor Vella - Facebook / Kevin Borg 

Kevin irringrazzja lil kulħadd għal din l-esperjenza inkredibbli li jgħid li mhux faċli li jinsa. Hu jistqarr li għalkemm il-musical ġie fi tmiemu, ċert li dawk li rawh ħa jiftakkruh għal żmien twil. Hu faħħar il-kast li kien parti minn din l-esperjenza, esperjenza li jiltaqa' ma' talent ġdid u għamel tant ħbieb ġodda.

Ritratt: Viktor Vella - Facebook / Kevin Borg 

Il-kantant irringrazzja lin-nies li għenu wara l-kwinti, il-krew tekniku u anke lil dawk li ħadu ħsieb il-kostumi u l-istili tax-xagħar. Irringrazzja wkoll lid-direttur Sean Buhagiar u l-Mro Dominic Galea li fdawh b'dan l-irwol diffiċli. Jgħid li kien ta' pjaċir tiegħu jaħdem magħhom u jitgħallem mingħandhom.

Ritratt: Viktor Vella - Facebook / Kevin Borg 

Ċertament li Kevin brilla f'din il-parti, brilla anke wara li spiċċa kellu jagħmel intervent mediku qabel wieħed mill-aħħar spettakli, imma wera l-professjonalità tiegħu u kompla qisu xejn mhu xejn!

Viktor Vella - Facebook / Kevin Borg 


Emil Calleja Bayliss