Matul it-tletin-il episodju tal-programm l-Inspjegabbli li jixxandar fuq TVM+ kull nhar ta’ Tlieta fil-17:15 ser jiddiskutu l-mirkali. Il-mistieden tagħhom fil-panel se jkun it-tabib tal-familja u l-ispeċjalista fil-qasam tal-mediċina – Dr Jean Karl Soler.

Meta jiġri avveniment straordinarju ngħidu aħna persuna li jkollha marda serja tfieq b’mod inspjegabbli, jew meta wieħed jinħeles minn xi periklu katastrofiku, uħud jaslu għal konklużjoni li dan seta’ ġara kawża ta’ miraklu. Imma, il-kelma Miraklu x’tfisser eżattament? Il-kelma miraklu ġejja mill-kelma Latina miraculum li tfisser tal-għaġeb. Dan is-suġġett iqajjem diversi mistoqsijiet pertinenti.

  • Għadhom iseħħu l-mirakli fi żmienna?
  • X’jikkostitwixxi eżattament miraklu?
  • Jekk il-miraklu seħħ b’riżultat ta’ intervent divin, għalfejn xi drabi jkun hemm intervent divin u drabi oħra le?

Matul il-programm se nisimgħu storja esklussiva ta’ persuna li fieqet minn marda serja b’mod mirakoluż. Il-programm l-Inspjegabbli jkun ripetut l-Erbgħa fl-21:45 u l-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, kif ukoll il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM. Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967 

L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni flimkien ma’ Kurt Pawley u Jonathan Farrugia bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Flash Productions.


Gwida.mt