Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, ilbieraħ Fabrizio Faniello tkellem dwar l-imħabba u kif inbidlet l-opinjoni tiegħu minn meta kien għadu iżgħar u ħareġ il-kanzunetta I'm In Love, kanzunetta li għadha kif ħarġet verżjoni ġdid tagħha kmieni dalgħodu!

Hu jikteb, "Carissimi! 20 sena ilu, kont bniedem differenti, forsi immatur? Kont naħseb li l-imħabba hija bews, karezzi u dates. Illum, 20 sena wara, naħsibha kompletament differenti. L-imħabba hija li l-ewwel u qabel kollox tħobb lilek innifsek."

Hu jżid, "B'hekk biss tista' tħobb lil ħaddieħor. I'm In Love, verżjoni remix, toħroġ għada. Onestament, ninsab ħafna eċitat biex narakom tiżfnu ma' dan ir-ritmu ġdid. Nixtieq ħafna s-sapport tagħkom."

X'deherilkom?


Emil Calleja Bayliss