Nisa Ta' Suċċess, hekk jismu l-programm li Elaine Sammut ħa tkun qed tippreżenta minn Jannar li ġej fuq NET! Hi ħa tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha fuq it-televiżjoni lokali, iżda din id-darba l-mara ta' suċċess kienet proprju hi.

Ilbieraħ Elaine ċċelebrat jum il-gradwazzjoni tagħha u ma setax jonqos li dan il-jum tiddedikah lil bintha Yelena. Elaine tikteb, "Din il-gradwazzjoni niddedikaha lit-tifla tiegħi Yelena li lbieraħ kienet preżenti miegħi għax l-ewwel gradwazzjoni proprju 8 snin ilu fl-2013, kienet għadha fil-ġuf."

Elaine tgħaddi wkoll messaġġ importanti lil dawk li jixtiequ jikbru u jirnexxu, hi tistqarr, "Fil-ħajja ma tridx tieqaf titgħallem, tevolvi u timraħ. Żomm għajnejk miftuħin għal opportunitajiet ġodda."

Hi żżid, "Sodisfatta li wasalt s'hawn u bla dubju din jekk Alla jrid ma tkunx l-aħħar gradwazzjoni tiegħi. Għad fadal ħafna u ħafna x'nitgħallem."

Aħna nawguraw lil Elaine għall-futur u nifirħulha ta' dan is-suċċess miksub. Ninsabu ċerti li Yelena tassew kuntenta u kburija biha!


Emil Calleja Bayliss