Jumejn ilu kien it-tieġ tal-ġurnalist sportiv Chris Falzon u martu Stephanie, u jidher li kellhom ċelebrazzjoni mill-isbaħ. Fost id-diversi mistednin, wieħed seta’ jilmaħ żewġ kantanti lokali jsebbħu l-avveniment bi dwett bejniethom... u mhux hekk biss, iżda din il-kanzunetta saħansitra kienet l-ewwel waħda li żifnet il-koppja bħala miżżewġin!

F’filmat imtella’ fuq Facebook, Corazón Mizzi tidher missieħba ma’ Neville Refalo, par li leħinhom mhux l-ewwel darba li smajniehom f’kanzunetta flimkien. Din id-darba, Corazón u Neville jinstabu jgħannu lill-koppja fiż-żifna filwaqt li Chris jgħolli lil Stephanie u jdawwarha dawra ħelwa madwaru. U naturalment ma tonqosx il-folla miġbura quddiemhom, magħqudin magħhom f’dan il-mument ġmiel!

Chris

Facebook / Chris Falzon

Corazón tisħaq li hija kburija li l-għanja li kantaw setgħet tkun l-ewwel kanzunetta u l-ewwel żifna tal-koppja miżżewġa. Ħafna saħansitra ħaduha bħala oppprtunità sabiex jifirħu kemm lill-miżżewġin friski kif ukoll liż-żewġ talenti.

Facebook / Corazón Mizzi


Kurt Gabriel Meli