Din il-ġimgħa hija ddedikata għall-apprezzament tal-għalliema; dawk li tant għandna nkunu grati għad-dedikazzjoni u l-imħabba bla qies tagħhom.

F’din il-ġimgħa, bejn is-6 u l-10 ta’ Mejju, nonoraw lill-għalliema u lill-edukaturi li huma essenzjali għall-iżvilupp tal-membri kollha tas-soċjetà,

Kate, mill-paġna ta’ Facebook Kate: Writing My Story, qasmet l-apprezzament tagħha għal Ms Audrey Marsh, Ms Marisabelle Piscopo and Ms Gayle Pace Pantalleresco li tant jagħmlulha l-ġranet tagħha fl-iskola speċjali. B’mod partikolari f’din il-ġimgħa xtaqet li turihom kemm tħossha grata u xxurtjatha li huma l-edukaturi tagħha u li tħobbhom ħafna!

Għandkom xi għalliema li jibqgħu għal dejjem f’qalbkom?


Marija Bellia