Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qasmet ritratt fuq il-paġna tagħha fil-Bundestag f’Berlin fil-mument li ltaqgħet ma’ Angela Merkel, l-eks Kanċilliera tal-Ġermanja.

Fil-kitba tagħha, Metsola esprimiet l-ammirazzjoni għat-tmexxija bla waqfien ta’ Merkel, u enfasizzat kemm tammiraha għal kemm tieħu d-deċiżjonijiet bla biża’. Faħħritha bħala xempju ta' tama u ispirazzjoni, b'mod partikolari għan-nisa, billi semmiet il-vjaġġ tagħha favur il-valuri progressivi. Filwaqt li rringrazzjatha ta’ din il-laqgħa magħha, Metsola ddeskriviet lil Merkel bħala “simbolu ta’ saħħa, ħabibatal-poplu ta’ Malta u Għawdex, li dejjem ħadmet għall-valuri tagħna.”

Din il-laqgħa bejn żewġ personaġġi hekk kbar tirrappreżenta ċelebrazzjoni ta' tmexxija, ħbiberija, u l-valuri li jorbtu lill-Ewropa flimkien.


Marija Bellia