Aħbar tajba għal dawk li ħadu gost isegwu s-serje Wednesday fuq Netflix jew saħansitra hija s-serje favorita tagħhom. Il-paġna ta' Netflix fuq Instagram ħabbret li fl-aħħar bdiet il-produzzjoni tat-tieni staġun ta' Wednesday. 

Jenna Ortega, l-attriċi prinċipali wkoll qasmet ritratt li ħadet mas-sett tal-produzzjoni waqt li kienet liebsa l-ilbies iswed tas-soltu tal-karattru Wednesday Addams, u kitbet "Bdejna t-tieni staġun." 

S'issa s-serje ntlaqgħet tajjeb ħafna minn segwaċi madwar id-dinja kollha, inkluż f'Malta, fejn ħafna tfal u kbar anke libsu tagħha fil-Karnival u fil-Halloween. Taf lil xi ħadd li segwih u ħerqan għat-tieni staġun?


Marija Bellia