Il-paġni tal-midja soċjali tal-istabbiliment tal-fast food McDonald’s qasmu kitba b’avviż importanti dwar riklami foloz f’isem il-kumpanija.

Huma kitbu “McDonald’s Malta tiġbed l-attenzjoni tiegħek għal scam online fuq il-midja soċjali u fuq siti foloz li allegatament qed jirreklamaw offerti b’użu illegali f’isem il-McDonald’s.” Sfortunatament l-iscammers qegħdin joħolqu giveaways u offerti ta’ ikel b’xejn u n-nies jaqgħu għalihom u jispiċċaw jagħtu dettalji kunfidenzjali.

Huma jinfurmaw li l-kumpanija “m’għandha x’taqsam xejn ma’ dawn il-paġni” u jitolbu lill-pubbliku joqgħod attent ħafna għat-tentattivi tal-iscammers li jitolbu informazzjoni personali u dettalji tal-credit cards. Jekk meħtieġ, għandek tikkuntattja u tirraporta lill-awtoritajiet. 

Il-McDonald’s avżaw li huma jikkomunikaw mal-pubbliku biss permezz tal-kontijiet uffiċjali tagħhom fuq il-pjattaformi kollha tal-midja soċjali. Ħudu ħsieb!


Marija Bellia