Abigail Vick, bħalissa tinsab barra mill-pajjiż taħdem fuq l-ewwel kampanja internazzjonali tagħha. Kampanja li żgur se tibqa' f'qalbha għal dejjem, għax din wasslet wara diversi sfidi li għaddiet minnhom!

Abigail Vick tikteb, "Għażiża jien ta' 15-il sena, in-nies se jippruvaw ikissruk u jgħidulek li m'intix biżżejjed, imma int, emmen u qatt tieqaf tagħmel dak li tħobb. Recap tal-ewwel 24 siegħa tal-ewwel kampanja internazzjonali tiegħi. Tant affarijiet tal-ewwel, inħobb u kollx għadu jinħass daqstant surreali."

Tassew kuntenti għalik Abigail! Nittamaw li jkollok aktar opportunitajiet mill-aqwa fix-xena internazzjonali ma' kumpaniji kbar!

Instagram / Abigail Vick


Emil Calleja Bayliss