Ir-residenti li jgħixu fid-djar tal-anzjani, ilhom ftit aktar minn xahar li reġgħu bdew jaraw lill-familjari tagħhom wiċċ imb wiċċ.

Wieħed forsi jaħseb li dan huwa riskju għall-firxa tal-virus f’dawn ir-residenzi, imma l-Professur Charmaine Gauci qalet li għat-tieni ġimgħa konsekuttiva ma nstab l-ebda każ ġdid f’dawn id-djar.

L-anzjani ingħataw il-prijorita biex jitlaqqmu bil-vaċċin kontra l-Covid-19, u l-fatt li mhux jinstabu każijiet ġodda fid-djar tal-anzjani juri li l-vaċċin verament jaħdem.

Minn nhar it-Tnejn se jiżdied l-ammont ta’ kemm-il darba persuna tista’ tmur iżżur lill-anzjani tagħha għal tliet darbiet fil-ġimgħa.


Henzley  Bezzina