L-attriċi bravissima u maħbuba minn kulħadd Jane Marshall qassmet fuq il-profil tagħha ritratt prezzjuż ta' persuna speċjali li llum tagħlaq sninha.

Fil-fatt dawk tar-ritratt huma n-neputi tagħha Silver flimkien ma' ommu, in-neputi li llum għalaq 16-il sena. Ritratt prezzjuż li żgur tgħożż l-aktar għall-fatt li tinsab 'il bogħod minnhom bħalissa. "Sittax-il sena llum. Tgħannieqa kbira lill-mama Kris u tgħannieqa speċjali għalik minn mili 'l bogħod". 

Jane ħalliet dawn il-kelmtejn għal Silver mingħandha u mingħand żewġha n-Nannu Albert u xerrdet aktar ritratti tiegħu u ta' ommu! 

Nawgurawlek l-isbaħ xewqat għażiż Silver!


Kyle Zarb